Profile - interviews - Articles - Europarliament elections - Links - Contact Form
interview
Business weekly

An EU insider for the European Parliament


Di-ve

The EU and the Ten New Members

The European Parliament and us

Our experience in Europe


Il-Gens

An EU insider for the European Parliament


Independent

European Union funds and hidden costs
It-torca

An EU insider for the European Parliament

Kullhadd

An EU insider for the European Parliament

L-orizzont

Biex Malta tieqaf fuq saqajha

Jerry Zammit u jien

Sabiex inserrhu rasna mill-futur ta’ pajjizna

Maltastar

The Obligations of the Single Currency

The European Union after enlargement

A Constitution for Europe

Stimulating Growth in Europe

Enlargement And The European Economy

EU Regional Policy

Malta Today

An EU insider for the European Parliament

A new era for Europe
The times

Malta requires leadershipby Robert Micallef

EU Single Market - the ideal vs reality


Robert micallef
featured on main
page of leading
european website


Article 1 Biex Malta tieqaf fuq saqajha
Article 2 Jerry Zammit u jien
Article 3 Sabiex inserrhu rasna mill-futur ta’ pajjizna

Biex Malta tieqaf fuq saqajha


La Jien u lanqas il-Partit Laburista m’ahna ser incedu ghall-pressjoni tal-Partit Nazzjonalista li flok qed jahdem ghal Malta qed jahli hinu jipprova jkisser lill-Partit taghna u lilna il-kandidati Laburisti. Il-kampanja negattiva li qed iwettaq il-PN mhus ser tirnexxi ghax ahna mohhna biss dwar kif ser nahdmu favur Malta fil-Parlament Ewropew. L-ittra anonima mimlija gideb u allegazzjonijiet foloz li kitbu fil-konfront tieghi u li baghtuha lill-mexxejja politici u lill-gurnalisti u l-istejjer qarrieqa li mmontaw fuq il-mezzi tax-xandir taghhom biex jipprovav jaghmlu hsara lili u il-Partit Laburista mhux ser jaqtghulna qalbna. Anzi ser isahhuna. Lil dawk kolla li tawni l-appogg taghhom u li urew solidarjeta mieghi nweghdhom li jien ser inkompli nahdem flimkien ma’ shabi biex inwettqu il-hidma li jehtieg issir biex inserhhu rasna mill-futur ta’ pajjizna.

Il-membri Parlamentari Ewropej f’isem Malta ghandhom id-dover li jahdmu bla heda sabiex jithares l-interess nazzjonali kif ukoll sabiex janticipaw dawk l-izvilluppi legali fil-Parlament Ewropew li jkollhom impatt fuq l-oqsma ekonomici u socjali f’Malta. Diga qed insofru l-effetti tan-negozjati li saru bl-ghaggla u minghajr hsieb profond tal-impatt taghhom li ma hallietniex niflu sewwa il-konsegwenzi fuq il-haddiema fil-gzejjer Maltain. Ikun gwaj ghall-pajjizna jekk il-membri parlamentari f’isem Malta ikunu dawk li jghidu iva ghal kull ma tipproponi l-Unjoni Ewropea minghajr ma jqisu il-konsegwenzi fuq Malta. Il-Kandidati Laburisti huma dawk li kapaci jharsu l-interess ta’ Malta u tal-haddiema Maltin filwaqt li jaghtu il-kontribut siewi sabiex l-Ewropa li qed tinbena tkun wahda mibnija fuq il-principji tas-solidarjeta, tal-opportunitajiet indaqs, tan-newtralita u tax-xoghol. Ahna irridu Ewropa aktar f’sahhitha min tal-lum u irridu Ewropa li tkun thaddan bilanc bejn is-suq u il-harsien socjali.

L-ikbar ugigh li ghandha Malta hu li ghandna gvern li mhux kapaci jerfa’ il-pizijiet tas-shubija u lanqas kapaci jlahhaq mar-responsabbiltajiet li jigu mas-shubija fl-Ewropa. Ir-rizultat ta’ dan ser ikun li pajjizna jaqa lura ghax il-gvern la ser jiddefendina min-dak li jolqotna hazin mir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja u lanqas hu interessat jahdem ghal titjib fil-kundizzjonijiet ta’ shubija. Il-gvern diga qed ifalli milli jlahhaq mal-miri ekonomici stabbiliti ma’ l-Unjoni Ewropeja u dan qed iwassal biex ifixkel ukoll lill-pajjizi l-ohra ta’ l-Unjoni Ewropeja. Ghalhekk importanti li r-rapprezentanti Maltin fil-Parlament Ewropew ma jkunux dawk li mhux lesti jharsu l-interess nazzjonali izda jkunu dawk li kapaci juzaw id-diplomazija fl-Ewropa biex iserrhu ras il-poplu Malti mill-futur ta’ pajjizna, li jiggarantixxu in-newtralita’ u li joffru prospetti tajbin ta’ kif is-shubija fl-Unjoni Ewropeja tkun tfisser tmexxija razzjonali ahjar ghal pajjizna.

Il-kandidati Laburisti huma dawk li kapaci jaghmlu d-differenza u jghidu il-verita dwar ir-realta’ ta’ shubija. Il-Partit Laburista igawdi il-vantagg li jifforma parti mill-iktar grupp koerenti fil-parlament Ewropew. Il-Kandidati tal-partit Laburista ser ikunu eletti fuq il-bazi tal-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista li hu msejjes fuq il-principji bazici tal-programm ta’hidma tal-Partit Socjalista Ewropew. Il-pedamenti ta’ dan il-manifest huma msejsa fuq il-qawmien ekonomiku u t-tkattir tax-xoghol; l-izvilupp sostenibbli u r-rispett lejn l-ambjent; in-newtalita’ u l-harsien tal-qasam socjali.

Biex Malta tqum fuq riglejha jehtieg li tibda din il- hidma kbira illum qabel ghada minn kull min ihobb lil Malta.

Robert Micallef MBA, MA, DSS(OXON) ilu attiv fil-qasam internazzjonali madwar hmistax il-sena. Kien impjegat ekonomista mal-Kummissjoni Ewropeja (Brussell). Fl-1992 ippartecipa fl-ewwel kunress tal-Partit Socjalista Ewropew. Huwa kandidat laburista ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Article 1 Biex Malta tieqaf fuq saqajha
Article 2 Jerry Zammit u jien
Article 3 Sabiex inserrhu rasna mill-futur ta’ pajjizna

ARTIKLU FUQ L-ORRIZZONT

Jerry Zammit u jien

Minkejja li ftit hawn kitbiet dwaru, Jerry Zammit huwa figura leggendarja fl-istorja tal-moviment Laburista Malti. Kien wiehed miz-zghazaghi pijunieri li hadmu bla heda fis-snin hamsin fil-glieda ta’ Malta ghall-helsien fi zmien ta’ hakma kolonjali. Hadem spalla ma’ spalla mal-perit Mintoff anke f’delegazzjonijiet barra minn Malta fl-iktar zminijiet difficli tal-Partit. Kien wiehed minn dawk li marru il-habs fl-irvellijiet tat-28 ta’ April tal-1958. Wara, mar jistudja Oxford fejn miet ta’ eta zghira wara marda qalila f’Gunju ta’ 1961.

Meta jien spiccajt mill-istudji tieghi Oxford fl-1991 kien baghat ghalija il-Perit Mintoff u stedinni ghall-ikla ta’ eghluq sninu f’Delimara. Kont ghadni qatt ma ltqajt mieghu ghalkemm kont nikkorrispondi mieghu bil-kitba mill-Ingilterra. Meta bdew sejrin il-mistednin gie fuqi u qalli biex nibqa hemm ghax riedni ninzel nghum mieghu biex ikellimni. F’dawk is-saghtejn il-Perit Mintoff irrakkontali l-istorja fid-dettal ta’Gerry.

Zammit bl-isfond shih tal-glieda li saret mill-Laburisti fis-snin hamsin. Qalli li il-mewt kmieni ta’ Gerry kienet wahda mill-ikbar ghafsiet ta’ qalb li garrab f’hajtu. Ried iqabbaddni ma’ Anne, mara Ingliza li Gerry izzewweg ftit qabel ma’ miet. Ma’ Anne Zammit li hadmet ghal hafna snin fil-Gnus Maghquda ikkultivajt hbiberija soda b’mod partikolari fiz-zmien li kont nahdem u nistudja barra minn Malta.

F’dik il-gurnata sajfija ta’ tlettax il-sena ilu, il-Perit Mintoff fehemni kif iz-zerriegha li kienu zerghu Jerry Zammit u shabu waqghet fuq art ghammiela u tat il-frott taghha permezz tal-hidma tal-moviment tal-haddiema. Minn dak inhar jien kont deciz li naghti is-sehem tieghi fil-hidma tal-Partit Laburista sabiex niehdu hsieb il-patrimonju nazzjonali u sabiex insostnu il-vuci hielsa ta’ Malta. Malta ser tahbat ma’ zminijiet difficli hafna b’pizijiet kbar fuq il-haddiema maltin. Il-figura qalbenija ta’ Gerry Zammit ghandha isservi ta’ ispirazzjoni ghal kull min irid jahdem favur Malta fiz-zmien li gej.

Robert Micallef MBA, MA, DSS(OXON) kien impjegat ekonomista mal-Kummissjoni Ewropeja (Brussell) u hadem mad-delegazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropeja ghal Malta. Kien membru tad-delegazzjoni tal-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewopeja ghall-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda. Qabel, kien elett segretarju generali taz-Zghazagh Socjalisti Ewropej.

Article 1 Biex Malta tieqaf fuq saqajha
Article 2 Jerry Zammit u jien
Article 3 Sabiex inserrhu rasna mill-futur ta’ pajjizna

Sabiex inserrhu rasna mill-futur ta’ pajjizna

Il-gvern tal-lum la kien kapaci jakkwista l-ahjar kundizzjonijiet ghal Malta u lanqas kapaci jerfa ir-responsabbiltajiet tat-tmexxija ta’ pajjizna fil-kuntest ta’ shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja.

Pajjizna mhux ser ikollu harsien xieraq minghajr tkabbir ekonomiku, holqien ta’xoghol, u s-sostenn tal-qasam socjali. Ghalhekk il-Partit Laburista ser ikun qed iheggeg lill-elettorat Malti sabiex jivvota fit-tnax ta’ Gunju fuq il-bazi tal-manifest elettorali tal-Partit. Il-manifest juri kif il-Partit Laburista lest ghall-isfidi tal-gejjieni ghax kapaci jahdem favur ix-xoghol, in-newtralita’ u l-harsien tal-qasam socjali.

Il-hidma fil-gejjieni trid issir fuq zewg binarji. L-ewwel nett fuq bazi nazzjonali Malta tehtieg gvern li jiflah ghal pizijiet tas-shubija ta’ Malta fl-Ewropa. Irid ikun gvern li lest jahdem favur qawmien ekonomiku, it-tnaqqis tad-dejn nazzjonali, jigbed l-investiment lejn pajjizna, johloq l-impjiegi kif ukoll li jerga’ jaghti lil Malta vuci hielsa fil-qasam internazzjonali. Vot lill-Partit Laburista fit-tnax ta’ Gunju ikun pass lejn rebha elettorali li taghti lill-Malta gvern li ma’ jibzghax mill-isfidi l-kbar tal-gejjieni.

It-tieni, Malta jehtieg ikolla rapprezentanti fil-Parlament Ewropew li lesti jahdmu favur Malta u favur l-interess nazzjonali. Quddiem il-Parlament Ewropew ser jersqu ligijiet li jaffetwaw lil pajjizna u ma jistghax ikun li min jirraprezenta lil Malta ikunu dawk li jghidu dejjem Iva ghall-Ewropa jkunu xi jkunu il-konsegwenzi fuq Malta. Malta jixirqilha rapprezentanti li jifhmu u jirrispettaw il-valuri ta’ Malta u li kapaci jipproponu dawk il-bidliet mehtiega fl-interess tal-haddiema Maltin.

Id-diskussjoni m’ghandhiex tkun aktar dwar jekk ghandniex nidhlu jew le fl-Unjoni Ewropeja. Issa dhalna. Izda min jirrapprezenta lil Malta m’ghandhomx ikunu nies li jbaxxu rashom ghall-forzi ta’ l-Unjoni Ewropeja. Ghandhom ikunu dawk li lesti jahdmu fuq pjan flimkien ma’ shabna s-Socjalisti ta’ l-istess rieda fl-Unjoni Ewropeja. Dan biex filwaqt li nharsu l-interess ta’ Malta naghtu il-kontribut taghna sabiex l-Ewropa kostituzzjonali li qed tinbena tkun kemm jista’ jkun vicin il-principji taghna.

Vot lill-Partit Laburista fit-tnax ta’ Gunju ikun vot favur hidma li trid issir biex inserrhu rasna mill-futur ta’ pajjizna.

Robert Micallef MBA, MA, DSS(OXON) ilu attiv fil-qasam internazzjonali madwar hmistax il-sena. Kien impjegat bhala ekonomista mal-Kummissjoni Ewropeja (Brussell) u hadem mad-delegazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropeja ghal Malta. Huwa kandidat Laburista ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.


Contact details: Tel/SMS: 79260762
robert.micallef@um.edu.mt

Profile - interviews - Articles - Europarliament elections - Links - Contact Form

Created by Liquid Studios Ltd.