Profile - interviews - Articles - Europarliament elections - Links - Contact Form
interview
Business weekly

An EU insider for the European Parliament


Di-ve

An EU insider for the European Parliament


Il-Gens

Intervista fuq il- gurnal, GENSillum


Independent

An EU insider for the European Parliament

Into the public arena

It-torca

An EU insider for the European Parliament

Kullhadd

Profil

L-orizzont

deputati Laburisti fil-Parlament Ewropew

Maltastar

An EU insider for the European Parliament

Malta Today

A European voice for Malta

A balancing act

The times

Looking ahead

Malta requires leadership

Robert micallef
featured on main
page of leading
european website

PROFIL :-

ISEM U KUNJOM: Robert Micallef

DATE OF BIRTH: 10 t’Awwissu 1968

OKKUPAZZJONI: ekonomista, ex-impjegat tal-Kummissjoni Ewropea (Brussell)

IKEL PREFERIT : Ikel tradizzjonali Malti

FILM PREFERIT: Films Francizi

PAJJIZ TAS-SAFAR PREFERIT: Pajjizi Gharab u l-Isvizzera

PASSATEMP: Nikteb u naqra dwar l-istorja ta’Malta u dwar l-ekonomija

L-AKTAR HAGA LI TOGHGBOK : il-bahar u il-pajsagg ta’ Malta

L-AKTAR HAGA LI DDEJQEK : id-dhahen tas-sigaretti specjalment waqt il-hin ta’ l-ikel.

ESPERJENZA LI MA TINSIX: Meta iltqajt l-ewwel darba ma’ Dom Mintoff fl-1991 kif spiccajt l-istudju tieghi fl-Universita’ ta’ Oxford. Dakinhar il-perit Mintoff kien irrakkontali fit-tul l-istorja ta’ Jerry Zammit. Jerry kien jahdem spalla ma’ spalla mal-perit Mintoff fis-snin hamsin favur il-helsien ta’ Malta u kien mar il-habs f’April ta’l-1958. Mar jistudja Oxford fejn miet ta’ tletin sena fl-1961 wara li nhakem minn marda qalila. Il-perit Mintoff fissirli kif il-mewt kmieni ta’ Jerry kienet wahda mill-ikbar ghafsiet ta’qalb li garrab f’hajtu. Ezatt tletin sena wara jien kelli nkun qed nistudja fl-istess kamra ta’ Jerry Zammit.

MISTOQSIJIET:-

GHALIEX GHAZILT LI TIKKONTESTA L-ELEZZJONI TAT-12 TA’ GUNJU MAL-PARTIT LABURISTA ?

Kont avvicinat mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista biex nikkontesta ghall-kandidatura fl-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew. L-esperjenza li akkwistajt bhala impjegat tal-kummissjoni Ewropea matul is-snin tan-negozjati ghandha isservini biex inkun ta’servizz ghall-poplu Malti fil-hidma li trid issir favur pajjizna fil-gejjieni. Hdimt u studjajt barra minn Malta ghal diversi snin. Servejt bhala l-ekonomista tal-delegazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea waqt in-negozjati ma’ Malta kif ukoll kont nominat membru tad-delegazzjoni tal-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropeja ghall-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda. Studjajt it-teknika ta’ kif tinnegozja fl-eqdem skola tad-diplomazija ta’ l-Istati Uniti. Kont ukoll attiv ma’ l-ghaqda tas-Socjalisti Ewropej fejn fost l-ohrajn ippartecipajt fl-ewwel kungress tas-Socjalisti Ewropej fl-1992 flimkien ma’ Dr Alfred Sant u Dr.Charles Mangion. Flimkien ma’ shabi jien irrid nahdem favur holqien ta’ mpjiegi godda, tkabbir ekonomiku, sabiex inserrhu rasna minn-newtralita’ ta’ Malta kif ukoll sabiex nahtfu kull opportunita’ biex intejbu il-kundizzjonijiet tas-shubija.

X’IRWOL GHANDU JKOLLU MEMBRU PARLAMENTARI EWROPEW F’ISEM MALTA FIL-PARLAMENT EWROPEW ?

Il-membri Parlamentari Ewropej f’isem Malta ghandhom id-dover li jahdmu bla heda sabiex jithares l-interess nazzjonali kif ukoll sabiex janticipaw dawk l-izvilluppi legali fil-Parlament Ewropew li jkollhom impatt fuq l-oqsma ekonomici u socjali f’Malta. Diga qed insofru l-effetti tan-negozjati li saru bl-ghaggla u minghajr hsieb profond tal-impatt taghhom li ma hallietniex niflu sewwa il-konsegwenzi fuq il-haddiema fil-gzejjer Maltain. Ikun gwaj ghall-pajjizna jekk il-membri parlamentari f’isem Malta ikunu dawk li jghidu iva ghal kull ma tipproponi l-Unjoni Ewropea minghajr ma jqisu il-konsegwenzi fuq Malta. Il-Kandidati Laburisti huma dawk li kapaci jharsu l-interess ta’ Malta u tal-haddiema Maltin filwaqt li jaghtu il-kontribut siewi sabiex l-Ewropa li qed tinbena tkun wahda mibnija fuq il-principji tas-solidarjeta, tal-opportunitajiet indaqs, tan-newtralita u tax-xoghol. Ahna irridu Ewropa aktar f’sahhitha min tal-lum u irridu Ewropa li tkun thaddan bilanc bejn is-suq u il-harsien socjali.

X’INHUMA L-IKTAR OQSMA LI SE JKUNU QED JINGHATAW PRIORITA MILL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ LI SE JKUNU ELETTI F’ISEM IL-PARTIT LABURISTA ?

L-ikbar ugigh li ghandha Malta hu li ghandna gvern li mhux kapaci jerfa’ il-pizijiet tas-shubija u lanqas kapaci jlahhaq mar-responsabbiltajiet li jigu mas-shubija fl-Ewropa. Ir-rizultat ta’ dan ser ikun li pajjizna jaqa lura ghax il-gvern la ser jiddefendina min-dak li jolqotna hazin mir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja u lanqas hu interessat jahdem ghal titjib fil-kundizzjonijiet ta’ shubija. Il-gvern diga qed ifalli milli jlahhaq mal-miri ekonomici stabbiliti ma’ l-Unjoni Ewropeja u dan qed iwassal biex ifixkel ukoll lill-pajjizi l-ohra ta’ l-Unjoni Ewropeja. Ghalhekk importanti li r-rapprezentanti Maltin fil-Parlament Ewropew ma jkunux dawk li mhux lesti jharsu l-interess nazzjonali izda jkunu dawk li kapaci juzaw id-diplomazija fl-Ewropa biex iserrhu ras il-poplu Malti mill-futur ta’ pajjizna, li jiggarantixxu in-newtralita’ u li joffru prospetti tajbin ta’ kif is-shubija fl-Unjoni Ewropeja tkun tfisser tmexxija razzjonali ahjar ghal pajjizna.

GHALIEX FIT-12 TA’ GUNJU GHANDU JINGHATA VOT LILL-KANDIDATI TAL-PARTIT LABURISTA ?


Il-kandidati Laburisti huma dawk li kapaci jaghmlu d-differenza u jghidu il-verita dwar ir-realta’ ta’ shubija. Il-Partit Laburista igawdi il-vantagg li jifforma parti mill-iktar grupp koerenti fil-parlament Ewropew. Il-Kandidati tal-partit Laburista ser ikunu eletti fuq il-bazi tal-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista li hu msejjes fuq il-principji bazici tal-programm ta’hidma tal-Partit Socjalista Ewropew. Il-pedamenti ta’ dan il-manifest huma msejsa fuq il-qawmien ekonomiku u t-tkattir tax-xoghol; l-izvilupp sostenibbli u r-rispett lejn l-ambjent; in-newtalita’ u l-harsien tal-qasam socjali.


Contact details: Tel/SMS: 79260762
robert.micallef@um.edu.mt

Profile - interviews - Articles - Europarliament elections - Links - Contact Form

Created by Liquid Studios Ltd.