Profile - interviews - Articles - Europarliament elections - Links - Contact Form
interview
Business weekly

An EU insider for the European Parliament


Di-ve

An EU insider for the European Parliament


Il-Gens

Intervista fuq il- gurnal, GENSillum


Independent

An EU insider for the European Parliament

Into the public arena

It-torca

An EU insider for the European Parliament

Kullhadd

Profil

L-orizzont

deputati Laburisti fil-Parlament Ewropew

Maltastar

An EU insider for the European Parliament

Malta Today

A European voice for Malta

A balancing act

The times

Looking ahead

Malta requires leadership

Robert micallef
featured on main
page of leading
european website

Ghaliex huwa essenzjali li Malta tkun rapprezentat mill-ikbar numru possibli ta’ deputati Laburisti fil-Parlament Ewropew ?

Il-gvern tal-lum la kien kapaci jakkwista l-ahjar kundizzjonijiet ghal Malta u lanqas kapaci jerfa ir-responsabbiltajiet tat-tmexxija ta’ pajjizna fil-kuntest ta’ shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Dan qed nghidu mill-esperjenza diretta tieghi ta' ekonomista mpjegat mal-Kummissjoni Ewropea ta' Brussell matul is-snin tan-negozjati. Ghandna gvern li mhux lest iharisna min dak li ser jolqotna hazin fl-Unjoni Ewropea. Meta ahna l-laburisti nghidu li fejn nintlaqtu hazin ghandna nahdmu biex intejbu il-kundizzjonijiet tas-shubija u tal-haddiema, il -Partit Nazzjonalista jghajjarna li ahna kontra l-Ewropa. Illum il-gvern innifsu qed jipprova jbiddel il-ftehim tas-shubija biex flok hames siggijiet fil-Parlament Ewropew ikollna sitta. Mela biex jakkwistaw siggu iehor ghalihom lesti jbiddlu il-ftehim izda fejn jidhlu il-harsien ta' l-impjiegi tal-Maltin jew in-newtralita mhumiex lesti li jiccaqalqu. Malta jixirqilha rapprezentanti fil-Parlament Ewropew li jhaddnu u jwettqu principji Maltin.

Kemm se jkun importanti l-irwol tal-MLP fi hdan il-Partit tas-Socjalisti Ewropew fil-hidma tad-deputati Laburisti fil-Parlament Ewropew ?

Il-kandidati Laburisti huma dawk li kapaci jaghmlu d-differenza u jghidu il-verita dwar ir-realta’ ta’ shubija. Il-Partit Laburista igawdi il-vantagg li jifforma parti mill-iktar grupp koerenti fil-Parlament Ewropew. Il-Kandidati tal-partit Laburista ser ikunu eletti fuq il-bazi tal-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista li hu msejjes fuq il-principji bazici tal-programm ta’hidma tal-Partit Socjalista Ewropew. Il-pedamenti ta’ dan il-manifest huma msejsa fuq il-qawmien ekonomiku u t-tkattir tax-xoghol; l-izvilupp sostenibbli u r-rispett lejn l-ambjent; in-newtalita’ u l-harsien tal-qasam socjali. Is-Socjalisti Ewropej se jkunu qed jghinuna fil-hidma li rridu naghmlu biex nimplimentaw il-programm taghna bil-hsieb li nserrhu ras il-poplu Malti mill-futur ta' pajjizna.

Kemm se jkun importanti li d-deputati Laburisti fil-Parlament Ewropew jahdmu biex jitkattar ix-xoghol f’pajjizna u jigi fostna investiment barrani gdid ?
Il-hidma tal-gejjieni trid issir fuq zewg livelli. Fuq bazi nazzjonali Malta tehtieg gvern li jiflah ghal pizijiet tas-shubija ta’ Malta fl-Ewropa. Irid ikun gvern li lest jahdem favur qawmien ekonomiku, it-tnaqqis tad-dejn nazzjonali, jigbed l-investiment lejn pajjizna u johloq l-impjiegi. Vot lill-Partit Laburista fit-tnax ta’ Gunju ikun pass lejn rebha elettorali li taghti lill-Malta gvern li kapaci jwettaq din il-hidma mehtiega. It-tieni, Malta tehtieg ikolla rapprezentanti fil-Parlament Ewropew li lesti jahdmu favur qawmien ekonomiku u favur l-interess nazzjonali. Quddiem il-Parlament Ewropew ser jersqu ligijiet li jaffetwaw lil pajjizna u ma jistghax ikun li min jirraprezenta lil Malta ikunu dawk li jghidu dejjem Iva ghall-Ewropa jkunu xi jkunu il-konsegwenzi fuq Malta. Malta jixirqilha rapprezentanti li jifhmu u jirrispettaw il-valuri ta’ Malta u li kapaci jilqghu ghall-impatt negattiv tar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.

X'inhuma id-differenzi fundamentali bejn il-kandidati Laburisti u dawk Nazzjonalisti ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Gunju ?

Id-diskussjoni f'Malta m’ghandhiex tkun aktar dwar jekk ghandniex nidhlu jew le fl-Unjoni Ewropeja. Il-partit Nazzjonalista sfortunatament wehel ma' din id-diska. Issa dhalna u ahna il-kandidati laburisti inharsu il-quddiem ghall-isfidi tal-gejjieni. Dan biex filwaqt li nharsu l-interess ta’ Malta naghtu il-kontribut taghna sabiex l-Ewropa kostituzzjonali li qed tinbena tkun f’sahhitha, bilancjata u kemm jista’ jkun vicin il-principji taghna. Importanti li r-rapprezentanti Maltin fil-Parlament Ewropew ma jkunux dawk li mhux lesti jharsu l-interess nazzjonali izda jkunu dawk li kapaci juzaw id-diplomazija fl-Ewropa biex iserrhu ras il-poplu Malti mill-impjiegi tal-Maltin u mill-harsien ta' pajjizna, li jiggarantixxu in-newtralita’ u li joffru prospetti tajbin ta’ kif is-shubija fl-Unjoni Ewropeja tkun tfisser tmexxija razzjonali ahjar ghal pajjizna.


Contact details: Tel/SMS: 79260762
robert.micallef@um.edu.mt

Profile - interviews - Articles - Europarliament elections - Links - Contact Form

Created by Liquid Studios Ltd.