Stephen Gatt jintervista lill-Kandidat tal-Partit Laburista
ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Robert Micallef.
Robert huwa politiku zaghzugh b'esperjenza Ewropea li jishaq
li l-prijoritajiet tieghu kemm-il darba jigi elett ikunu
l-ekonomija u s-sigurtà ta' Malta.
Fiex kienu jikkonsistu l-istudji tieghek?
Studjajt l-ekonomija u l-politika fl-Università ta'
Oxford. Imbaghad ghamilt studju post-graduate kemm fir-Renju
Unit, fl-Istati Uniti kif ukoll Franza. Ghamilt Masters
fl-eqdem skola tad-diplomazija fl-Istati Uniti fejn studjajt
sew it-teknika ta' kif tinnegozja u MBA f'wahda mill- business
schools ewlenin Francizi.
Kif bdejt il-karriera politika tieghek?
Ghamilt numru ta' snin attiv fil-kamp politiku barra minn
Malta. Kont elett ghal sentejn fil-bureau tat-tmexxija tal-Forum
Ewropej taz-Zghazagh li hija platform li tahdem mill-vicin
mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Kunsill ta' l-Ewropa rigward
oqsma ta' edukazzjoni, impjiegi u kwistjonijiet li ghandhom
x'jaqsmu maz-zghazagh. Kont attiv ukoll fl-ghaqda tas-Socjalisti
Ewropej fejn kelli il-kariga ta' segretarju taz-Zghazagh
Socjalisti Ewropej. Kelli esperjenza ukoll ta' hidma fil-kuntest
tal-Gnus Maghquda fejn attendejt diversi Summits u kummissjonijiet
kif ukoll l-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda. Il-parti
il-kbira ta' din il-hidma kienet qabel ma' bdejt nahdem
mal-Kummissjoni Ewropea fejn kont impjegat bhal ekonomista.
Is-sena li ghaddiet iddecidejt li nikkuntesta elezzjoni
generali. Bhalissa se nikkontesta l-elezzjonijiet ghall-Parlament
Ewropew li gejjin ghax nixtieq naghti l-kontribut tieghi
biex f'Malta jkollna dibattitu serju dwar il-futur ta' Malta
fl-Unjoni Ewropea; dwar kif se nilqghu ghall-isfidi tal-gejjieni
u dwar kif se nisfruttaw l-opportunitajiet ghall-gid komuni.
Int kont tahdem mal-Kummissjoni Ewropea. X'kien
ix-xoghol tieghek? Kif tiddeskrivi l-ambjent fil-kummissjoni
Ewropea bhala wiehed li kont "ta gewwa"?
Bdejt bl-impjieg mal-Kummissjoni Ewropea ezatt kif regghet
giet attivata l-applikazzjoni tas-shubija ta' Malta fl-Unjoni
Ewropea u bqajt hemmhekk sa l-elfejn u tnejn is-sena li
fihom inghalqu n-negozjati kemm ma' Malta kif ukoll mal-pajjizi
l-ohra applikanti. Kont naghmel parti mid-direttorat generali
tar-relazzjonijiet esterni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Unit
tat-tkabbir u kont inservi fid-delegazzjoni ta' l-Unjoni
Ewropea ghal Malta. Ghalhekk segwejt mill-vicin in-negozjati
li saru, dejjem minn perspettiva ekonomika minhabba li l-qasam
li kont responsabbli minnu kien il-parti ekonomika li fir-realtà
tmiss ma' kwazi kollox. L-atmosfera kienet interessanti
u profressjonali specjalment ghall-fatt li ghall-Kummissjoni
Ewropea t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea kienet mira centrali
tal-hidma taghha.
Il-Partit Laburista ikkampanja biex Malta ma tissehibx fl-Unjoni
Ewropea minhabba li l-izvantaggi, skondl-istess partit,
kienu akbar mill-vantaggi li setghet tiehu Malta. B'mod
konkret, liema huma l-izvantaggi ewlenin fil-pakkett li
nnegozja l-gvern?
Il-Partit Laburista qatt ma kien kontra l-Unjoni Ewropea
minkejja li hawn min qed jipprova jpingih hekk. Li tkun
trid relazzjoni differenti ma jfissirx li tkun kontra l-Ewropa.
Fil-kuntest ta' shubija, l-iktar zewg oqsma li nara li huma
difficli ghal Malta huma l-ewwel nett kif Malta se tkun
tiflah ghall-piz kompettittiv tas-suq Ewropew. L-UE ghandha
hafna regoli u direttivi li jistghu jaghmluha difficli ghas-setturi
ekonomici f'Malta li jsegwuhom minghajr ma jkollhom impatt
negattiv. Din se tkun sfida kbira li anke l-UE kienet minn
dejjem tishaq li ghal ekonomija zghira bhal ta' Malta se
jkun difficli li tiflah ghal dan il-piz. Ghalhekk huwa importanti
li jkollna amministrazzjoni u riformi strutturali fil-pajjiz
li jippermettu li l-ekonomija tal-pajjiz tibqa' miexja minghajr
wisq intoppi sabiex nilhqu l-kriterji ekonomici ta' l_UE.
It-tieni punt huwa dwar il-politika barranija u ta' difiza
ta' l-Unjoni Ewropea. Ghalkemm l-UE ghadha mhux maghquda
f'dan il-qasam, Malta trid isserrah rasha dwar il-kwistjoni
tan-newtralità kif ukoll li jkollha vuci impenjat
biex tkun tista' tikkontribwixxi ghal politika barranija
ta' l-Unjoni Ewropea aktar effettiva minn dik tal-lum
Dil-gimgha rajna li l-Unjoni Ewropea x'aktarx
se twissi lil numru ta' pajjizi fosthom Malta dwar id-deficit.
Bhala ekonomista kif tahseb li ghandha tissolva l-problema
tad-deficit?
Ghandha ssir strategija serja sabiex insostnu t-tkabbir
ekonomiku u biex nattiraw investiment lejn Malta. Jekk mhux
se nsibu mod ta' kif se jitnaqqas l-izbilanc fil-finanzi
pubblici kif ukoll ta' kif in-nefqa pubblika se ssir aktar
efficcjenti, Malta se ssibha iebsa biex tlahhaq mal-kriterji
Ewropej u ma' l-obbligi ekonomici li jigu mas-shubija. Ma
jistax ikun li d-dejn Nazzjonali jkompli jikber b'din ir-rata
kif ukoll ma' jinholqux opportunitajiet godda ta' mpjiegi.
Is-success tas-shubija fl-Unjoni Ewropea ser titkejjel mil-livell
ta' tkabbir ekonomiku u t-tkattir tax-xoghol. Dan jehtieg
strategija nazzjonali. Ahjar il-gvern jikkoncentra fuq din
il-missjoni importanti flok jahli l-energija tieghu jipprova
joskura l-impenn Ewropew ta' l-oppozizzjoni Laburista.
Il-Partit Laburista ilu jishaq li jrid ikun fil-Parlament
Ewropew sabiex jikkumbatti l-izvantaggi fil-ftehim li kiseb
il-Partit Nazzjonalista. Kif jista' jhassar dan it-trattat
jekk fil-parlament Ewropew tigi diskussa ligi tal-futur
u mhux tal-passat. Lest int kemm-il darba tigi elett tqajjem
il-kwistjoni tan-negozjati ta' Malta fil-Parlament Ewropew?
L-Unjoni Ewropea hija realtà li tinbidel. Mindu inghalqu
n-negozjati ma' Malta kif ukoll mal-pajjizi applikanti l-ohra,
saru hafna direttivi u ligijiet godda. U l-istess minn issa
'l quddiem; se jibqa' jkun hemm zviluppi kontinwi li se
jkollhom effetti diretti fuq pajjizna. Dan ifisser li dak
li gie nnegozjat ma' l-Unjoni Ewropea mhix xi haga statika
li ma tistax tinbidel. Ahna rridu naghmlu l-almu taghna
kemm permezz tal-hidma taghna fil-Parlament Ewropew kif
ukoll bil-hidma taghna fuq skala nazzjonali sabiex nanticipaw
l-izvantaggi fuq livell Ewropew sabiex nkunu nistghu nimminimizzaw
l-impatt taghhom. Irridu wkoll li jkollna vuci soda biex
ninfluwenzaw id-decizjonijiet tal-futur fl-interess Nazzjonali.
Dak li gie nnegozjat mil-gvern mhuwiex sagru ghalkemm ahna
se nahdmu biex jirnexxi. Izda jekk ikollna xi okkazzjoni
li ntejbu il-kondizzjonijiet ta' shubija ahna mhux ser nibzghu
minn dan l-impenn.
X'inhi r-raguni li l-Partit Laburista ghadu ma jridx jiehu
sehem fil-MEUSAC?
L-ikbar prijorità li ghandu l-parlament Malti hija
li jkollu l-kapacità amministrattiva li permezz taghha
jkun jista' jsegwi b'mod aktar effettiv l-izviluppi legali
kollha li jinbdew fl-istituzzjonijiet Ewropej. Dan hu importanti
ghaliex il-parlament Malti se jkollu rwol importanti fl-iskrutinju
ta' dawn il-ligijiet. Sa hamsin fil-mija tal-ligijiet li
se jkollu quddiemu l-parlament Malti se jkunu ligijiet joriginaw
mill-Ewropa. Ahna nemmnu li ghandu jkun hemm diskussjonijiet
dwar kif se jizdiedu ir-rizorsi f'dan ir-rigward.
X'tahseb li hu l-akbar difett tal-kandidati
nazzjonalisti?
Jiena nemmen li d-diskors li ghadu jintuza min certi kandidati
tal-Partit Nazzjonalista u tat-tmexxija tal-PN huwa wisq
simili ghal dak ta' qabel ir-referendum u l-elezzjoni. Qisu
fil-pajjiz ghad hawn kuntest ta' min hu favur it-tkabbir
u min hu kontra. Iridu jaghrfu li dan id-diskors illum gie
sorpassat. Jiddispjacini meta nisma' lill-Partit Nazzjonalista
juza dan il-lingwagg qisu ghad hawn kwistjoni nazzjonali
dwar min hu kontra u min hu favur l-Ewropa. Il-poplu Malta
iddecieda. Dawk kollha li ghandhom interess jahdmu favur
Malta fil-kuntest Ewropew ghandhom iharsu 'l quddiem halli
flimkien inkunu nistghu naraw kif nilqghu ghall-pizijiet
tas-shubija u kif se nisfruttaw l-opportunitajiet. Id-diskors
li jkompli johloq il-firda ma' jghinx biex naghmlu success
mis-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. B'dan il-lingwagg
il-Partit Nazzjonalista qed juri li ghadu mhux preparat
bizzejjed biex jerfa' ir-responsabbilta' ta' din is-shubija.
Messagg finali ghall-elettorat?
Jiena nemmen li dawn l-elezzjonijiet huma importanti ghaliex
se jaghtu lil Malta rapprezentanti fil-parlament Ewropew
li se jkunu jistghu jahdmu favur l-interess nazzjonali u
favur l-izvilupp ta' l-Ewropea kostituzzjonali. Il-funzjoni
ta' membru tal-Parlament Ewropew hi ta' rapprezentanza doppja.
Minn banda nkunu qed nirrapprezentaw lill-poplu Malti fil-parlament
Ewropew u mill-banda l-ohra nkunu qed nirrapprezentaw il-hidma
tal-Parlament Ewropew f'pajjizna. Jien nappella biex id-diskors
politiku fil-pajjiz ma jibqax ibbazat fuq il-firda imma
minflok nahdmu b'kollaborazzjoni fi sforz nazzjonali, kemm
fix-xoghol li jsir fil-Parlament Ewropew kif ukoll fil-hidma
li ssir fuq livell nazzjonali u fil-politika domestika.