OKKUPAZZJONI: ekonomista, ex-impjegat tal-Kummissjoni Ewropea
(Brussell)
IKEL PREFERIT : Ikel tradizzjonali Malti
FILM PREFERIT: Films Francizi
PAJJIZ TAS-SAFAR PREFERIT: Pajjizi Gharab u l-Isvizzera
PASSATEMP: Nikteb u naqra dwar l-istorja ta’Malta
u dwar l-ekonomija
L-AKTAR HAGA LI TOGHGBOK : il-bahar u il-pajsagg ta’
Malta
L-AKTAR HAGA LI DDEJQEK : id-dhahen tas-sigaretti specjalment
waqt il-hin ta’ l-ikel.
ESPERJENZA LI MA TINSIX: Meta iltqajt l-ewwel darba ma’
Dom Mintoff fl-1991 kif spiccajt l-istudju tieghi fl-Universita’
ta’ Oxford. Dakinhar il-perit Mintoff kien irrakkontali
fit-tul l-istorja ta’ Jerry Zammit. Jerry kien jahdem
spalla ma’ spalla mal-perit Mintoff fis-snin hamsin
favur il-helsien ta’ Malta u kien mar il-habs f’April
ta’l-1958. Mar jistudja Oxford fejn miet ta’
tletin sena fl-1961 wara li nhakem minn marda qalila. Il-perit
Mintoff fissirli kif il-mewt kmieni ta’ Jerry kienet
wahda mill-ikbar ghafsiet ta’qalb li garrab f’hajtu.
Ezatt tletin sena wara jien kelli nkun qed nistudja fl-istess
kamra ta’ Jerry Zammit.
MISTOQSIJIET:-
GHALIEX GHAZILT LI TIKKONTESTA L-ELEZZJONI TAT-12
TA’ GUNJU MAL-PARTIT LABURISTA ?
Kont avvicinat mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista
biex nikkontesta ghall-kandidatura fl-elezzjonijiet tal-parlament
Ewropew. L-esperjenza li akkwistajt bhala impjegat tal-kummissjoni
Ewropea matul is-snin tan-negozjati ghandha isservini biex
inkun ta’servizz ghall-poplu Malti fil-hidma li trid
issir favur pajjizna fil-gejjieni. Hdimt u studjajt barra
minn Malta ghal diversi snin. Servejt bhala l-ekonomista
tal-delegazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea waqt in-negozjati
ma’ Malta kif ukoll kont nominat membru tad-delegazzjoni
tal-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropeja ghall-Assemblea
Generali tal-Gnus Maghquda. Studjajt it-teknika ta’
kif tinnegozja fl-eqdem skola tad-diplomazija ta’
l-Istati Uniti. Kont ukoll attiv ma’ l-ghaqda tas-Socjalisti
Ewropej fejn fost l-ohrajn ippartecipajt fl-ewwel kungress
tas-Socjalisti Ewropej fl-1992 flimkien ma’ Dr Alfred
Sant u Dr.Charles Mangion. Flimkien ma’ shabi jien
irrid nahdem favur holqien ta’ mpjiegi godda, tkabbir
ekonomiku, sabiex inserrhu rasna minn-newtralita’
ta’ Malta kif ukoll sabiex nahtfu kull opportunita’
biex intejbu il-kundizzjonijiet tas-shubija.
X’IRWOL GHANDU JKOLLU MEMBRU PARLAMENTARI
EWROPEW F’ISEM MALTA FIL-PARLAMENT EWROPEW ?
Il-membri Parlamentari Ewropej f’isem Malta ghandhom
id-dover li jahdmu bla heda sabiex jithares l-interess nazzjonali
kif ukoll sabiex janticipaw dawk l-izvilluppi legali fil-Parlament
Ewropew li jkollhom impatt fuq l-oqsma ekonomici u socjali
f’Malta. Diga qed insofru l-effetti tan-negozjati
li saru bl-ghaggla u minghajr hsieb profond tal-impatt taghhom
li ma hallietniex niflu sewwa il-konsegwenzi fuq il-haddiema
fil-gzejjer Maltain. Ikun gwaj ghall-pajjizna jekk il-membri
parlamentari f’isem Malta ikunu dawk li jghidu iva
ghal kull ma tipproponi l-Unjoni Ewropea minghajr ma jqisu
il-konsegwenzi fuq Malta. Il-Kandidati Laburisti huma dawk
li kapaci jharsu l-interess ta’ Malta u tal-haddiema
Maltin filwaqt li jaghtu il-kontribut siewi sabiex l-Ewropa
li qed tinbena tkun wahda mibnija fuq il-principji tas-solidarjeta,
tal-opportunitajiet indaqs, tan-newtralita u tax-xoghol.
Ahna irridu Ewropa aktar f’sahhitha min tal-lum u
irridu Ewropa li tkun thaddan bilanc bejn is-suq u il-harsien
socjali.
X’INHUMA L-IKTAR OQSMA LI SE JKUNU QED
JINGHATAW PRIORITA MILL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ LI SE
JKUNU ELETTI F’ISEM IL-PARTIT LABURISTA ?
L-ikbar ugigh li ghandha Malta hu li ghandna gvern li mhux
kapaci jerfa’ il-pizijiet tas-shubija u lanqas kapaci
jlahhaq mar-responsabbiltajiet li jigu mas-shubija fl-Ewropa.
Ir-rizultat ta’ dan ser ikun li pajjizna jaqa lura
ghax il-gvern la ser jiddefendina min-dak li jolqotna hazin
mir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja u lanqas hu
interessat jahdem ghal titjib fil-kundizzjonijiet ta’
shubija. Il-gvern diga qed ifalli milli jlahhaq mal-miri
ekonomici stabbiliti ma’ l-Unjoni Ewropeja u dan qed
iwassal biex ifixkel ukoll lill-pajjizi l-ohra ta’
l-Unjoni Ewropeja. Ghalhekk importanti li r-rapprezentanti
Maltin fil-Parlament Ewropew ma jkunux dawk li mhux lesti
jharsu l-interess nazzjonali izda jkunu dawk li kapaci juzaw
id-diplomazija fl-Ewropa biex iserrhu ras il-poplu Malti
mill-futur ta’ pajjizna, li jiggarantixxu in-newtralita’
u li joffru prospetti tajbin ta’ kif is-shubija fl-Unjoni
Ewropeja tkun tfisser tmexxija razzjonali ahjar ghal pajjizna.
GHALIEX FIT-12 TA’ GUNJU GHANDU JINGHATA VOT LILL-KANDIDATI
TAL-PARTIT LABURISTA ?
Il-kandidati Laburisti huma dawk li kapaci jaghmlu d-differenza
u jghidu il-verita dwar ir-realta’ ta’ shubija.
Il-Partit Laburista igawdi il-vantagg li jifforma parti
mill-iktar grupp koerenti fil-parlament Ewropew. Il-Kandidati
tal-partit Laburista ser ikunu eletti fuq il-bazi tal-Manifest
Elettorali tal-Partit Laburista li hu msejjes fuq il-principji
bazici tal-programm ta’hidma tal-Partit Socjalista
Ewropew. Il-pedamenti ta’ dan il-manifest huma msejsa
fuq il-qawmien ekonomiku u t-tkattir tax-xoghol; l-izvilupp
sostenibbli u r-rispett lejn l-ambjent; in-newtalita’
u l-harsien tal-qasam socjali.